IYA 2009 MALTA
  Zabbar Sanctuary Museum
 

Fl-okkażjoni tas-Sena Internazzjonali tal-Astronomija 2009, ser tittella'
wirja ta' ritratti astronomiċi meħudin minn Malta fil-Mużew tas-Santwarju,
Ħaż-Żabbar.

Din is-sena timmarka wkoll l-40 anniversarju mill-inżul tal-bniedem fuq
il-Qamar, kif ukoll l-400 sena minn meta Galileo Galilei tefa ħarstu fuq
il-pjaneti Ġove u Saturnu permezz tat-teleskopji tiegħu.

Ser jiġu organizzati wkoll numru ta' attivitajiet relatati, fl-istess post,
kif ġej:

3 ta' Lulju 2009 - 07.30pm
Ftuħ tal-wirja u wiri ta' vidjo dwar in-Nebulae u l-Galassji, minn Leonard
Ellul Mercer. Wara jkun hemm osservazzjoni tal-pjaneta Saturnu mill-pjazza,
bl-użu tat-teleskopji.

10 ta' Lulju 2009 - 07.30pm
Taħdita bl-isem 'Galileo Galilei u l-qawmien tax-xjenza moderna'
mill-Professur Frank J. Ventura.

17 ta' Lulju 2009 - 07.30pm
Taħdita minn Paul Xuereb dwar l-Inżul tal-bniedem fuq il-Qamar bl-Apollo 11.

24 ta' Lulju 2009 - 07.30pm
Taħdita minn Dott Gordon Caruana Dingli dwar it-tellieqa spazjali u
l-missjonijiet Amerikani u Russi lejn il-Qamar

31 ta' Lulju 2009 - 07.30pm
Taħdita minn Ray Pace bl-isem 'L-Astronomu u t-teleskopju' kif ukoll
osservazzjoni bit-teleskopji tal-Qamar li jkun jumejn wara l-ewwel kwart.

Kulħadd huwa mistieden għal dawn l-attivitajiet li d-dħul għalihom huwa bla
ħlas.

 
  There have been 176774 visitors (461384 hits) on this page!  
 
This website was created for free with Own-Free-Website.com. Would you also like to have your own website?
Sign up for free