IYA 2009 MALTA
  Malta Right Now
 
Xjenza u Teknoloġija

Astronawta li mexa fuq il-Qamar iżur Malta l-ġimgħa d-dieħla

Simon CASSAR
15 t' April, 2009  11:37 CET

L-astronawta, llum irtirat, Harrison Hagan Schmitt se jkun Malta l-ġimgħa d-dieħla biex jindirizza lill-pubbliku fl-Università ta' Malta. Schmitt, li llum għandu 73 sena, kien parti mill-missjoni spazjali "Apollo 17" u kien 12-il persuna li niżel fuq il-Qamar.

L-attività miftuħa għall-pubbliku se tinżamm nhar l-Erbgħa, 22 ta' April fis-Sala Erin Serracino Inglott, fl-Università, u se titratta l-missjoni spazjali u anke l-kumplament tal-karriera ta' Schmitt. L-għada, hu se jindirizza Seminar dwar l-Esplorazzjoni u l-Esplojtazzjoni tal-Ispazju, indirizzat aktar għal dawk li għandhom interess fis-suġġett u studenti minn 16-il sena 'l fuq. Anke dan is-Seminar se jinżamm fil-bini tal-Università ta' Malta.

Wara l-missjoni fuq il-Qamar, hu kien appuntat bħala Professur tal-Fiżika fl-Inġinerija, filwaqt li serva bħala Senatur Amerikan bejn l-1977 u l-1983, u anke Konsulent tan-NASA.

Dawk interessati li jattendu l-laqgħat indirizzati minn Harrison Hagan Schmitt, huma mħeġġa jirreġistraw billi jibgħatu e-mail lil physics.sci@um.edu.mt, u jindikaw liema attività jixtiequ jattendu għaliha. Iż-żewġ attivitajiet jibdew fis-6:30pm u d-dħul għalihom hu b'xejn.

 

Astronawta li mexa fuq il-Qamar iżur Malta l-ġimgħa d-dieħla
 
  There have been 112729 visitors (312617 hits) on this page!  
 
=> Do you also want a homepage for free? Then click here! <=